Tista’ tħaddar il-faċċata tad-dar tiegħek b’inċentiv mill-Gvern – One News

Notifiki

Tista’ tħaddar il-faċċata tad-dar tiegħek b’inċentiv mill-Gvern

Il-Ministeru għall-Ambjent Aaron Farrugia ħabbar skema bl-isem ‘Green Your Home’ li b’investiment ta’ żewġ miljun ewro ser tinċentiva t-tħaddir tal-faċċati tad-djar.

Il-Ministru Farrugia spjega kif din l-iskema, li hija ffinanzjata mill-Awtorità tal-Ippjanar ser tinfetaħ fl-ewwel ta’ Jannar li ġej, bil-kriterji tal-eliġibbilità jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.

Fil-fatt qal ukoll kif l-ippjanar intelliġenti u ekoloġiku għandu ħafna benefiċċji soċjali, u spazji ħodor jistgħu jtejbu s-saħħa mentali u fiżika.

Il-Ministru Farrugia sostna: “L-iskema ‘Green Your Life’ hija skema biex inkomplu nħaddru l-postijiet urbani tagħna jiġifieri l-postijiet ta’ fejn ngħixu u ta’ fejn naħdmu. Allura filwaqt li nibqgħu għaddejjin bil-proġetti tagħna fir-rurali jiġifieri afforestazzjoni u oħrajn, qegħdin naraw li nħaddru l-postijiet li ngħixu fihom kuljum.

Intant il-Ministru Farrugia ħabbar ukoll kif l-iskema “Irrestawra Darek” ser tingħata injezzjoni oħra ta’ €3 miljun.

Huwa saħaq: “Għall-aħħar darba li kien hemm it-talba kien hemm oversubscription mela aktar nies applikaw minn dawk il-fondi li kienu aċċessibbli imma fl-aħħar ġimgħat qbilna mal-Planning Authority biex nagħmlu għad-dispożizzjoni €3 miljun oħra biex dawk li kienu applikaw issa jkollhom il-fondi biex iwettqu x-xogħlijiet tagħhom.”

Intant il-Ministru Farrugia qal li l-Forum Konsultattiv għall-Ippjanar Intelliġenti pprepara studju fuq il-Green Walls u Green Roofs, fejn semma kemm dawn it-tnejn huma importanti sabiex ikollna ambjent aħjar f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend