Delia jgħid li Jason Azzopardi weġġa’ n-nies u parla fil-vojt – One News

Notifiki

Delia jgħid li Jason Azzopardi weġġa’ n-nies u parla fil-vojt

Fuq il-midja soċjali, il-preżentatur Peppi Azzopardi intervista lill-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li esprima l-weġgħat ta’ dawk in-Nazzjonalisti li appoġġjaw lilu u issa ħassewhom traduti min-nies tal-istess partit.

Delia stqarr: “Imma li ħasshom traduti minn ħafna jew ftit jew uħud, ma jagħmlux differenza n-numri, mill-istess partit.”

Delia tenna li hu se jibqa’ fil-Partit Nazzjonalista iżda mhux se jappoġġja lil min ixerred il-gideb: “Dawk però illi fil-Partit Nazzjonalista jimmilitaw jew ixerrdu l-gideb u l-mibegħda, jien nappoġjahom bl-ebda mod.”

Dwar il-gideb, fetħilha kontra Jason Azzopardi li kien minn tal-bidu li mbotta lil Bernard Grech biex jitwarrab Delia.

Għal Delia, Jason Azzopardi weġġa’ ħafna nies. Huwa saħaq: “Jason Azzopardi huwa persuna li jigdeb, li jgħid il-falz, illi jiffabrika l-affarjiet fuq in-nies. Jason Azzopardi ħafna drabi jgħid li se jagħmel libelli lin-nies u ma jagħmilhomx. Jason Azzopardi ħafna drabi jweġġa’ lin-nies.”

Delia talab mill-ġdid lil Azzopardi biex ma jigdibx fuqu: “Però mbagħad ma jmurx jibgħat messaġġi lin-nies fejn jgħid li jien mixtri, fejn jgħid li jien korrott, fejn jgħid illi jiena għandi relazzjonijiet ta’ negozju ma’ Yorgen Fenech u oħrajn. Ma jigdibx Jason Azzopardi.”

Delia ma qagħadx lura li jgħid li Jason Azzopardi jikteb kif ifettili: “Reġa’ qam għax kultant żmien ifettillu jikteb xi ħaġa mingħajr ma jaħseb. Il-proċess jiġi wara li jaħseb Jason Azzopardi. Ħa nkun ċar daqs il-kristall għax dan huwa wieħed mill-iktar li weġġa’ nies.”

L-eks Kap Nazzjonalista qal li Jason Azzopardi jparla fil-vojt: “Jien fil-grupp parlamentari meta kien beda jparla fil-vojt sħaqt, ‘Jekk inti għandek imqar oġġett wieħed li juri li jien għamilt xi wrong-doing, jiena nirreżenja issa’. Ara jagħmlux l-istess, illi fil-mument jirriżulta li dak kollu li qal kien gideb u jirreżenja minnu fih u jagħmlilna pjaċir ilkoll.”

Intant, Delia bagħat messaġġ ċar lil dawk fil-Partit Nazzjonalista li ħallfu li jeqirduh li hu se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss, anki fuq żewġ distretti.

Huwa stqarr: “Iva se nkun kandidat. Żgur li se noħroġ mal-PN. Ovvjament irrid nikkonċentra fuq id-distrett żgur u diġà bdejt u nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li diġà qed jappoġjawni. Ma neskludix li noħroġ fuq żewġ distretti.”

Intant lil dawk id-deputati ribelli li sfiduċjawh, Delia qal li kien ħażin li kien hemm min ma rrispettax id-demokrazija meta tliet snin ilu huwa ġie elett Kap.

Delia saħaq: “Ħażin għamilna tliet snin ta’ qabel. Ma rrispettax id-demokrazija.”

Finalment, Delia għadda messaġġ lil Bernard Grech biex ma jkunx immexxi minn imnieħru: “Kun Bernard Grech. Tkunx dawk in-nies li forsi rieduk tkun hemm u li riedu jneħħu lili.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend