ARA: L-erba’ attentati ta’ ONE News biex isaqsi lil Bernard Grech wara l-ġurament… jinjorahom kollha – One News

Notifiki

ARA: L-erba’ attentati ta’ ONE News biex isaqsi lil Bernard Grech wara l-ġurament… jinjorahom kollha

Ftit minuti wara li ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, huwa kien affaċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ġewwa l-Palazz ta’ Sant’Anton. Madankollu, huwa għoġbu jwieġeb mistoqsija mill-kmamar tal-aħbarijiet kollha ħlief dik tal-ġurnalist ta’ ONE NEWS.

Dan hekk kif sa mill-bidu, Bernard Grech evita l-mistoqsija tal-ġurnalist ta’ ONE NEWS u saħansitra baqa’ jdur fuq ġurnalisti oħrajn meta l-ġurnalist Colin Deguara kien diġà għamel il-mistoqsija.

Dan hekk kif prova jsaqsih dwar jekk jikkundannax lid-deputat Jason Azzopardi wara li l-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ripetutament qal li Azzopardi qiegħed jigdeb.

Kif jixhdu l-filmati Bernard Grech baqa’ jevita lill-ġurnalist tant li hekk kif kien għad fadal il-ġurnalist ta’ ONE News biss biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu huwa rringrazzja lill-ġurnalisti l-oħra u telaq. Dan għalkemm il-ġurnalist Colin Deguara ġibidlu l-attenzjoni li ripetutament huwa baqa’ jinjora l-mistoqsija ta’ ONE NEWS.

Ara wkoll:

Bernard Grech jieħu l-ġurament ta’ Kap tal-Oppożizzjoni

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend