Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ pussess ta’ droga – One News

Notifiki

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ pussess ta’ droga

Matul il-lejl li għadda, Bulgaru ta’ sitta u tletin sena ġie arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ droga li allegatament hija kokaina u ħaxixa tal-kannabis.

Fl-istess lejl li għadda, il-Pulizija arrestat wkoll żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena mill-Mali u wara li nqabad li kellu fil-pussess tiegħu diversi pakketti ta’ droga li allegatament hija droga kokaina, f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Iż-żewġt irġiel ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Paceville.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li ż-żagħżugħ ta’ erbgħa u għoxrin sena mistenni jitressaq il-Qorti b’arrest għada, akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend