Priġunieri b’xogħol volontarju ma’ annimali abbandunati – One News

Notifiki

Priġunieri b’xogħol volontarju ma’ annimali abbandunati

Ftehim bejn l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati ser iwassal biex numru ta’ priġunieri jibdew jaħdmu mal-għaqda volontarja bħala parti mill-programm ta’ riabilitazzjoni tagħhom. Dan b’enfasi fuq ir-reintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà.

Mart il-Prim Ministru Dr. Lydia Abela flimkien mal-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, żaret ix-xogħlijiet li bdew jagħmlu dawn il-priġunieri.

Dr. Lydia Abela nnotat kif din hija opportunità tajba għall-priġunieri fil-mixja tagħhom għar-rijabilitazzjoni u l-inklużjoni tagħhom fis-soċjetà.

Il-Ministru Camilleri stqarr li filwaqt li d-dixxiplina hija importanti wieħed irid jaħseb dwar dak li jiġri mill-priġunieri wara s-sentenza u b’hekk l-enfasi li l-priġunier ikun lest għall-ħajja tax-xogħol hija waħda kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend