Manuel Delia iwissi lil Bernard Grech għax inkella jfittxu lil ħaddieħor – One News

Notifiki

Manuel Delia iwissi lil Bernard Grech għax inkella jfittxu lil ħaddieħor

L-esponent tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Manuel Delia wissa lil Bernard Grech biex ma jgħaxxaqhiex għaliex inkella jkollhom ifittxu lil ħaddieħor.

“Aħna ninsabu seqer”, kiteb l-eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt.

Eżatt wara li beda ħiereġ ir-riżultat li Grech rebaħ l-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Manuel Delia, ieħor minn tal-establishment, ta bosta pariri ta’ x’għandu jagħmel il-Kap Nazzjonalista l-ġdid.

Intant għal dak li kiteb Manuel Delia, irreaġixxa għalih id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo, wieħed minn dawk leali lejn Adrian Delia.

Vassallo kkundanna dak li kiteb Manuel Delia li sejjaħlu bħala dak tal-Arriva.

Vassallo qal li jittama li l-kliem li kiteb Manuel Delia ma kitbu f’isem ħadd.

Vassallo qal li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap m’għandhom ikunu fil-but ta’ ħadd.

Saħaq li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista u l-partit innifsu m’għandhomx ikunu mmexxija minn imneħirhom minn ħadd.

Intant dwar l-aħħar reazzjoni ta’ Edwin Vassallo spiċċa tkellem Andrew Borg-Cardona u talab lil Vassallo biex joqgħod ftit lura.

Ħaddieħor wieġeb lil Borg-Cardona jisħaq li l-importanti ma jkollniex pupazzi filwaqt li Vassallo saħaq li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech m’għandux ikun dominat minn xi ħadd.

Qal li bil-kliem tiegħu, Manuel Delia qabeż il-linja ta’ diċenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Xi gifieri ma taxxaqiex m delia.Forsi li l kap ma jistax jahseb b mohhu.Triduh ikun il pupazz ta dawk li kisssru l pn.Jew il haddiem mall pn triduh biss ghall loqom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend