Kien ikollu problema biex jgħaddi lil Grech – Andrew Azzpardi – One News

Notifiki

Kien ikollu problema biex jgħaddi lil Grech – Andrew Azzpardi

Il-mistoqsijiet fuq in-nuqqasijiet fiskali ta’ Bernard Grech baqgħu jiddominaw id-diskussjonijiet anke l-għada li huwa ġie elett bħala kap tal-Parit Nazzjonalista.

Fuq il-programm Paperscan il-Ħadd filgħodu b’reazzjoni għall-eżitu tal-elezzjoni tas-Sibt filgħaxija, il-Professur Andrew Azzopardi qal li kieku kien parti mit-tim li għamel id-due diligence, kien ikollu problema kbira b’Bernard Grech jikkontesta għall-elezzjoni tal-Kap.

Prof. Azzopardi stqarr: “Li kieku kellek issaqsi lili, jien kien ikolli problema kbira. Iva. Jiġifieri kieku jien kelli xi rwol pereżempju fl-analiżi tal-kandidati kien ikolli problema kbir iva. Għax we need to set the bar high.”

Min-naħa tiegħu Dr. Robert Musumeci tenna li r-riżultat tas-Sibt filgħaxija ma huwa xejn ħlief lok għall-introduzzjoni mill-ġdid ta’ mġiba u attitudni tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista u li tmur lura għal dik tal-2013.

Huwa sostna: “Dr. Grech reġa’ ta lok biex is-system of conduct li kellna f’Mejju tal-2017 dik li aħna rreġettajna bl-aktar mod feroċi, erġajna issa skattajnieha.”

Intant waqt intervent telefoniku, l-opinjonista Jeffrey Pullicino Orlando rrimarka l-fatt kif Bernard Grech permezz tal-għajnuna ta’ Louis Galea, warrbu lil Therese Comodini Cachia u Roberta Metsola.

Huwa qal: “Bernard Grech u l-klikka li mbuttawh ‘il quddiem u li eskludew kandidati li potenzjalment setgħu kienu ferm aktar validi minnu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend