Il-Prim Ministru jinawgura l-uffiċini ta’ kumpanija li bdiet b’negozju ta’ tisbiħ fid-djar – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru jinawgura l-uffiċini ta’ kumpanija li bdiet b’negozju ta’ tisbiħ fid-djar

Il-Prim Ministru Robert Abela inawgura l-uffiċini tal-kumpanija Solo Casa.

Din il-kumpanija żgħira tbigħ affarijiet dekorattivi, wallpapers u anke għamara fis-suq lokali.

Oriġinarjament kien pjanat li din il-kumpanija kellha tiftaħ il-bibien tagħha f’Mejju li għadda imma kollox kellu jiġi pospost kawża tal-imxija.

Id-diriġenti tal-kumpanija spjegaw li żaru diversi pajjiżi fosthom il-Portugall, l-Olanda u t-Tuneżija biex inġabu materjali għall-prodotti tagħhom.

Huma rringrazzjaw lill-Ambaxxati Maltin f’dawn il-pajjiżi li offrew l-appoġġ tagħhom.

Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Silvio Schembri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend