Il-President tal-Kummissjoni Ewropea tinsab fi kwarantina – One News

Notifiki

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea tinsab fi kwarantina

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen qalet li hija tinsab fi kwarantina hekk kif hija kienet waqt laqgħa li saret nhar it-Tlieta li għadda ma’ persuna li ttestja fil-pożittiv għall-Covid-19. Hija ħabbret dawn permezz ta’ Twitter.

Von der Leyen qalet li diġà ttestjat fin-negattiv għall-Coronavirus f’test li sarilha l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra, filwaqt li fil-jum tat-Tnejn se tkun qed terġa’ tagħmel test ieħor.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *