Il-Gvern se jressaq il-budget nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru – One News

Notifiki

Il-Gvern se jressaq il-budget nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru

Il-Gvern ħabbar uffiċjalment li l-budget għas-sena d-dieħla se jitressaq mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna nhar it-Tnejn 19 t’Ottubru.

Id-data qalha l-Whip tal-Gvern, Glenn Bedingfield waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għax-xogħol tal-Kamra.

Dakinhar is-seduta tal-preżentazzjoni tal-budget se tibda fis-6pm.

Ir-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni se ssir it-Tnejn 26 t’Ottubru filwaqt li l-għada jagħti r-risposta l-Prim Ministru Robert Abela.

F’intervista l-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela saħaq kif il-budget li se jitħabbar fil-jiem li ġejjin se jkun wieħed pożittiv ferm.

Fost l-oħrajn Robert Abela qal li se naraw miżuri kruċjali marbuta mas-settur turisitiku, il-proġetti nazzjonali, it-tisbiħ ambjentali, l-indafa tal-pajjiż, il-governanza t-tajba u anke għall-pensjonanti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend