Il-bażi tal-ajru tal-forzi armati ta’ Malta toħroġ bl-unuri – One News

Notifiki

Il-bażi tal-ajru tal-forzi armati ta’ Malta toħroġ bl-unuri

Il-bażi tal-ajru tal-Forzi Armati ta’ Malta ngħatat l-unur ta’ Aviator of the Year mill-Malta Aviation Outlook u Enemed, f’ċerimonja li minħabba r-restrizzjonijiet tal-pandemija saret b’mod virtwali.

Dan l-unur ingħata lill-Uffiċjal Kmandant ta’ din is-sezzjoni, il-Logutenent Kurunell James Grech.

Huwa qal: “The professionalism portrayed by the unit’s personell gives the ability to the AFM to keep securing the national waters and play a key role in saving luves at sea and on land.”

Unuri oħra li tqassmu waqt iċ-ċerimonja kienu l-unur għall-kisibiet tul il-ħajja, li ngħatat lill-Kaptan Robert Risso. Fl-istess ħin, l-uffiċjal fi ħdan id-direttorat tal-avjazzjoni ċivili Clint Taljana, ingħata unur għall-ħiliet u kwalitajiet tiegħu fit-tmexxija.

F’messaġġ għall-okkażjoni l-Ministru għat-Trasport Ian Borg spjega l-impenn tal-gvern biex dan is-settur ikompli jissaħħaħ.

Il-Ministru Borg sostniet: “Waqt ir-restrizzjonijiet tal-pandemija għamilna li stajna biex inkunu possibbli, nifhmu l-industrija, u tara kif tgħin. Hekk pruvajna nagħmlu aħna wkoll permezz tal-awtoritajiet tagħna.

Din il-konferenza virtwali kif ukoll l-unuri offruti se jirritornaw f’Mejju li ġej biex ifakkru l-għaxar anniversarju tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend