Ħadd ma jweġġa’ f’inċident żgħir fil-Mużew Marittimu – One News

Notifiki

Ħadd ma jweġġa’ f’inċident żgħir fil-Mużew Marittimu

Għall-ħabta tat-8:00 ta’ dalgħodu nqata’ cable ta’ tower crane u bajla żgħira li kien fiha terrapien. B’konsegwenza t’hekk, din waqgħet fuq il-bejt tal-Mużew Marittimu u nqasmu żewġ xorok.

Fi stqarrijja maħruġa minn Heritage Malta ntqal li b’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident żgħir u immedjatament ttieħdu l-passi neċessarji biex jiġi assigurat li l-ħsara tissewwa. Intqal wkoll li ma saret l-ebda ħsara lill-kollezzjoni.

Heritage Malta kompliet tgħid l-Mużew bħalissa jinsab magħluq għall-Pubbliku.

F’dan il-mużew bħalissa għaddejjin xogħlijiet b’rabta ma’ proġett ewlieni ta’ restawr ta’ rinovazzjoni.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend