Malta ser tospita l-EuroPride għall-ewwel darba fis-sena 2023 – One News

Notifiki

Malta ser tospita l-EuroPride għall-ewwel darba fis-sena 2023

Malta rebħet il-kompetizzjoni kontra Rotterdam u Belfast, u fis-sena elfejn u tlieta u għoxrin, se tospita għall-ewwel darba, il-EuroPride, l-akbar avveniment Ewropew ta’ persuni LGBTIQ, li ta’ kull sena jattira diversi persuni minn madwar id-dinja.

L-offerta ġiet ippreżentata waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzaturi tal-Pride.

Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi, Rosianne Cutajar, qalet li din ir-rebħa hija ċertifikat tal-ħidma ta’ dan il-Gvern fil-kisbiet ta’ drittijiet għal persuni LGBTIQ.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis irrimarka li fl-aħħar snin pajjiżna diġà kien ta’ quddiem fejn jidħlu drittijiet ċivili, bl-introduzzjoni ta’ għadd kbir ta’ liġijiet.

It-tema ta’ dan l-avveniment se tkun #EqualityFromTheHeart u se jara għaxart ijiem ta’ konferenzi, avvenimenti u laqgħat soċjali b’appoġġ għall-komunità LGBTIQ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend