Daniele Aquilina ta’ 27 sena li ma jaħdimx wieġeb mhux ħati li allegatament seraq mingħand koppja anzjana nhar l-Erbgħa li għadda fi Triq Abate Rigord f’Ta’ Xbiex.
Fil-qorti ntqal li l-anzjani Ingliżi ta’ 62 sena u 64 sena kienu fuq btala hawn Malta u fix-xhieda tagħhom tennew li allegatament l-imputat avviċinahom u talabhom għall-flus fejn kkawża ġrieħi ħfief qabel telaq minn fuq il-post.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ċaħdet din it-talba u għaldaqstant id-difiża talbet lill-qorti sabiex tirrikomanda biex l-imputat ikollu kuntatt regolari ma’ social worker minħabba l-problema tad-droga.
Huwa kien akkużat ukoll b’erba’ serqiet, li tlieta minnhom seħħew fil-lejl ta’ bejn it-2 t’Ottubru u t-3 t’Ottubru f’San Ġiljan fejn aggredixxa tliet persuni b’sikkina u talabhom għal-flus.