“Il-jiem li ġejjin huma test għal saħħti” – Trump – One News

Notifiki

“Il-jiem li ġejjin huma test għal saħħti” – Trump

Il-President Amerikan Donald Trump qal li jinsab tajjeb, imma li l-jiem li ġejjin se jkunu t-“test veru” għal saħħtu.

Huwa qal dan f’filmat fuq Twitter qabel it-tieni lejl l-isptar fejn qed jingħata kura għall-Coronavirus.

It-tabib tal-President qal li Trump għamel progress sostanzjali imma ma jfissirx li ma jistax jeqleb għall-agħar, wara li saru bosta rimarki kontradittorji dwar il-kundizzjoni tal-President.

Bosta nies qrib il-President ittestjaw pożittivi għall-virus, fosthom martu Melania u nies li attendew attività fil-White House fi tmiem il-ġimgħa li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend