Ikompli l-inkwiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan – One News

Notifiki

Ikompli l-inkwiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan

It-tieni l-akbar belt fl-Ażerbajġan, Ganja, ġiet attakkata mill-forzi Armeni, hekk kif qed ikompli jikber l-inkwiet dwar ir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh.

Iż-żona tagħmel parti mill-Ażerbajgan iżda titmexxa minn persuni etniċi mill-Armenja.

L-awtoritajiet tal-Armenja qalu li attakkaw l-ajruport militari ta’ Ganja wara li forzi tal-Ażerbajġan attakkaw il-kapital tar-reġjun, Stepanakert.

L-Ażerbajġan qalet li ebda siti militari ma ġew milquta. S’issa tilfu ħajjithom aktar minn mitejn u għoxrin persuna mill-bidu tad-diżgwid ġimgħa ilu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend