“Għandu jkollna politika ta’ għaqda u mhux ta’ firda” – il-PM – One News

Notifiki

“Għandu jkollna politika ta’ għaqda u mhux ta’ firda” – il-PM

Irridu naraw li tissaħħaħ l-għaqda bejnietna u nwarrbu fil-ġenb kull żerriegħa ta’ mibgħeda.

Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela lill-Partit fl-Opożizzjoni bi tmexxija ġdida fl-intervista tal-Ħadd filgħodu fuq ONE.

Il-Prim Ministru stqarr, “Jien nemmen fil-politika tal-għaqda u fil-konverġenza tal-ideat. Li dan il-pajjiż mhux se mmexxuh il-quddiem billi ndaħħlu ż-żerriegħa tal-firda imma ndaħħlu l-għaqda. Dan hu li qed nagħmlu jien flimkien mat-tim tiegħi li qed naħdmu favur pajjiż wieħed.”

L-għada tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Prim Ministru stieden lil Bernard Grech sabiex ipoġġu bilqiegħda flimkien u jiddiskutu u jiddibattu ideat, prinċipji u temi ewlenin li jistgħu jieħdu lil Malta ’l quddiem.

Fl-intervista Robert Abela qal li hu kien, għadu u jibqa’ kburi li hu Malti.

Dr Abela sostna, “Tistħi li inti Malti? Aħna għandna għax inkunu kburin across the board li aħna Għawdxin u Maltin, jien immur il-Kunsill Ewropew – kif bdejt fil-bidu l-filosofija ewlenija kburi li jien Malti, b’hekk iġġib ir-riżultati.”

Il-Prim Ministru rringrazzja lil Adrian Delia għall-ħidma tiegħu fl-aħħar tliet snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend