Trump jittieħed l-isptar wara li żviluppalu d-deni – One News

Notifiki

Trump jittieħed l-isptar wara li żviluppalu d-deni

Il-President Amerikan Donald Trump ittieħed l-isptar hekk kif żviluppa s-sintomi tad-deni, dan wara fil-jum tal-Ġimgħa hu flimkien ma’ martu Melania Trump ittestjaw fil-pożittiv għall-COVID-19.

Fi stqarrija, il-White House qalet illi Trump jinsab dgħajjef iżda xorta għandu spirtu pożittiv. Il-President Amerikan ittieħed l-isptar bħala prekawzjoni.

Fil-jum tal-Ġimgħa Trump ingħata tilqima magħmula b’taħlita ta’ diversi mediċini kontra l-virus u li s’issa għadha fi stadju ta’ esperiment.

Il-fatt li Donald Trump jinsab pożittiv għall-virus tista’ tkun daqqa ta’ ħarta oħra għalih hekk kif xahar biss qabel l-elezzjoni presidenzjali fl-Istati Uniti, l-opinjoni pubblika qed tiffavurixxi lill-kandidat Demokratiku, l-eks Viċi President Amerikan, Joe Biden.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend