Illum Von der Leyen u Johnson se jiddiskutu dwar Brexit – One News

Notifiki

Illum Von der Leyen u Johnson se jiddiskutu dwar Brexit

Fil-jum tas-Sibt, il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson u l-President tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea Ursula von der Leyen se jiddiskutu n-negozjati dwar il-ftehim kummerċjali li l-Gvern Ingliż biddel wara li sar il-ftehim ta’ Brexit mal-UE.

Iż-żewġ naħat qed jitolbu għall-kompromess fuq kwistjonijiet ewlenin fosthom is-sajd u s-sussidji tal-Gvern. Dan il-kompromess dwar Brexit għandu jintlaħaq sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Johnson jinsab ottimist li jintlaħaq ftehim jekk kemm-il darba iż-żewġ naħat jeżerċitaw is-sens komun. Intant, in-negozjatur ewlieni għar-Renju Unit, Lord Frost, ukoll sostna li hemm xaqq ta’ dawl dwar il-ftehim Brexit wara sitt xhur ta’ taħdidiet kummerċjali mal-UE.

Von der Leyen qed titama illi l-laqgħa virtwali tal-lum mal-Prim Ministru Ingliż jkun hemm progress, iżda huma mistenni li twissih sabiex ir-Renju Unit juri r-rieda li jimxi mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend