Iż-żagħżugħa Maltija ta’ 16-il sena Haley Bugeja kompliet timpressjona fil-Kampjonat Taljan tan-Nisa.
Dan hekk kif it-tfajla Maltija s-Sibt wara nofsinhar kienet strumentali sabiex it-tim tagħha ta’ US Sassuolo rebaħ kontra t-tim ta’ Fiorentina, bl-iskor ta’ 3-1.
Haley Bugeja skurjat ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima, filwaqt li żewġ gowls l-oħra għat-tim ta’ Sassuolo ġew skurjati minn Kamila Dubcová.
Fil-bidu tax-xahar li għadda, fid-debut tagħha mat-tim ta’ Sassuolo, Bugeja skurjat żewġ gowls kontra t-tim ta’ Napoli.
Intant, il-Prim Ministru Robert Abela fi tweet faħħar il-prestazzjoni tat-tfajla Maltija fil-kampjonat Taljan tan-Nisa.
Another brilliant performance and another #goal by our very own Haley in the Italian female Serie A – keep making #Malta proud! – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) October 3, 2020