Notifiki

Ftehim bejn l-Università u Heritage Malta dwar ir-riċerka

Ftehim bejn l-Università ta’ Malta u Heritage Malta se jfisser aktar riċerka.

Permezz tal-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ entitajiet se jkun hemm aktar użu tar-riżorsi, kemm tal-Università ta’ Malta u anki dawk ta’ Heritage Malta.

Fost oħrajn, l-istudenti universitarji se jkollhom iżjed aċċess biex iwettqu r-riċerka tagħhom f’siti storiċi li huma f’idejn Heritage Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Noel Zammit semma kif il-mużewijiet ma għandhomx biss ikunu tempju tal-arti u storja imma ċentru għat-taħdidiet u riċerka għal kull min iżurhom.

Huwa spejga: “Heritage Malta ħa tibda tagħti aċċess għar-riżorsi kollha tagħha – umani, tekniċi, equipment, librerija and so on lill-università, lill-istudenti u lill-lecturers. Ser tagħtihom ukoll aċċess fiżiku ġewwa s-siti u l-mużewijiet tagħna b’xejn.”

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred Vella semma kif Sir Temi Zammit, li hu magħruf għax-xogħol lejn il-patrimonju Malti kien ikun kburi b’dan il pass.

Spjega wkoll kif dan il-ftehim kien pass naturali sabiex ikun hemm ukoll evoluzzjoni fejn jidħol it-tagħlim ta’ kull student u studenta.

Huwa qal: “L-istudent allura jsib illi ma għandu għalfejn jibda diskors ma’ naħa, in-naħa tal-Università u ieħor seperat ma dak li ser ikun qiegħed jieħu ħsiebu naħa tal-mużew għaliex iż-żewġ naħat qegħdin jitkellmu bejniethom fuq il-proġetti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend