BIL-FILMAT: Bernard Grech jerġa’ jitkellem dwar Malta

Il-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ma ddejjaqx jerġa’ jitkellem dwar Malta.

Grech għamel dan waqt intervista fuq programm fuq l-istazzjon nazzjonali meta kien mistoqsi dwar il-furja li qajjem fuq il-midja soċjali meta qal li hu meta jkun imsiefer, jgħid li hu mill-Greċja għax kunjomu Grech.

Huwa qal: “Peress li Grech ma tafx inti. Din dejjem ġrat jiġifieri. L-ewwel ħaġa jgħiduli ‘Greċ’ umbgħad ngħidilhom “Le mhux Greċ, imma Grech.” “Eee you are Grech?” Ngħidilhom, “Le, I’m from Malta.” Meta umbgħad bdew jinqalgħu dawn l-affarijiet u kont imsiefer in-naħa ta’ fuq tal-Italja u again ‘Grech?’ għidtlu “Iva Grech” ħalli ma noqogħdx nispjega mbagħad Malta…”

Dwar dan is-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali qalulna li l-prestazzjonijiet ta’ Grech f’intervisti fuq it-televiżjoni fl-aħħar ġimgħat ma impresjonaw xejn u qed iqajmu dubji kbar dwar l-abbiltà ta’ Bernard Grech meta jiġi biex jesprimi ruħu f’dibattiti politiċi.

Intant f’intervista ta’ madwar nofs siegħa, Bernard Grech żelqitlu r-raġuni vera għaliex aċċetta l-eżitu tar-referendum fuq id-divorzju.

Meta kien mistoqsi: “X’wassal biex bdilt l-opinjoni tiegħek?”

Grech qal: “Kont naħdem fix-xogħol tal-qasam tal-familja u kienu jiġu klijenti li jagħmlu xogħol ta’ separazzjoni, ta’ kawża ta’ separazzjoni jew inkella kuntratt umbgħad wara ftit żmien jgħidlek “Isma nixtieq nagħmel divorzju.” Għall-ewwel tgħidilhom le, it-tieni tgħidilhom le, it-tielet tgħidilhom le, umbgħad jgħidlek “Isma Dott ħa toqgħod tibgħatni għand Avukat ieħor?” Fhimt li anke fiċ-ċirkostanzi klijent mhux ħa tibqa’ tibgħatu l-hemm u allura iva qdejthom.”

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Jiġifieri meta għadda r-referendum tad-divorzju bdejt taqdi n-nies li jagħmlu d-divorzju?”

Grech wieġeb: “Kont qed naħdem. Kont qed nagħmel xogħli ta’ Avukat Glen.”

Dwar in-nuqqasijiet fiskali tiegħu, Bernard Grech waqt li xejjer il-famuż ċertifikat li ilu jxejjer għal kampanja sħiħa qal li meta ma ddikjarax id-dħul minn fuq l-istudenti tal-Ingliż, it-tort kien tal-iskola.

Grech stqarr: “Id-diffikultà fl-iskola kienet li huma ma kellhomx il-permess li joperaw u allura l-iskola la ma kelliex il-permess li topera, kien hemm il-ħtieġa li jiġu dikjarati. Ovvjament ma kinux nuqqas tiegħi.”

Il-Preżentatur tal-programm staqsieh jekk jaħsibx li għandux il-fiduċja tan-nies li kieku jkollu l-finanzi tal-pajjiż f’idejh.

Bernard Grech qal hekk: “Iva naħseb in-nies jistgħu jafdawni għax in-nies iridu l-onestà.

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Timmaġinak Prim Ministru b’dawn id-dellijiet fuqek?”

Grech wieġeb: “Dawn mhumiex dellijiet.”

Viżibbilment skomdu u mifxul quddiem dawn il-mistoqsijiet Bernard Grech ħadha mal-Preżentatur tal-programm: “Glen jiena nistiednek li ma tarax biss midja waħda f’dan il-pajjiż. Nissuġġerilek tara midja differenti.”

Dwar il-klikka tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista li qed tappoġġjah Bernard Grech ma ddejjaqx isemmi lil Kristy Debono u lil Hermann Schiavone bħala dawk li tradew lil Delia.

Meta kien mistoqsi: “Il-fatt li hemm nies jappoġġjawk li fil-beraħ ma jridux lil Adrian Delia, għax ma weġibtnix dwarha?”

Grech qal: “Le, dawn għandhom kull dritt li jkollhom l-opinjoni tagħhom. Kien hemm żewġ persuni partikolari li kienu saħansittra parti mit-tim biex Adrian Delia jasal Kap tal-Partit Nazzjonalista.”

Meta kien mistqosi: “Hermann Schiavone?”

Grech qal: “Herman Schiavone pereżempju.”

Meta reġa’ kien mistoqsi: “Kristy Debono?”

Grech wieġeb: “Kristy Debono pereżempju iva u kien hemm persuni oħra li kienu jappoġġjawh.”

 Għażel ukoll jitfa’ botta lil Delia. Liema botta meta ppressat fuqha farfara ‘l hemm: “Meta xi ħadd jiġi elett Kap tal-Partit dan jingħata mandat biex ikun Kap tal-Partit. Ma ngħatax mandat li jista’ jagħmel li jrid u jibqa’ hemm akkost ta’ kollox.”

Meta mistoqsi: “Din botta għal Adrian Delia?”

Grech qal: “Le qed nitkellem fuqi.”

Mistoqsi fuq in-nuqqas ta’ dibattiti bejn iż-żewġ kandidati, Bernard Grech waħħal fil-Kummissjoni Elettorali Nazzjonalista: “Din kienet għażla tal-Kummissjoni Elettorali li ma riditx li tagħmel dibattiti.”

Sfida wkoll lil Delia li jekk jiġi elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, mhux se jirnexxielu jqaċċat lil Jason Azzopardi u l-bqija tar-ribelli: “Lanqas Adrian Delia ma jista’ jneħħi mill-Parlament lil Jason Azzopardi. Lanqas jista’ jneħħi mill-Parlament lil min dejjem isemmi. Ma jista’ jneħħi lil ħadd.”

Fi tmiem l-intervista Grech tilifha għal kollox u meta ġie mistoqsi dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, huwa qal hekk: “Dal paroli vojt għax full-up u mhux full-up irridu naqtgħuh.”

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend