Notifiki

BIL-FILMAT: Adrian Delia jgħid li mhux minnu naqas li Louis Galea tradih

“Mhux minni naqas. Jien ma tradejt lil ħadd.”
Dan kien il-kliem li għażel juża Adrian Delia waqt intervista fuq ix-xandir nazzjonali fil-konfront ta’ Louis Galea.

Delia qal: “Louis Galea. Għaliex involvejtu meta hu mifhum li dan qed jappoġġja fil-miftugħ lil Bernard Grech.”

Iniex dispjaċut li mbagħad wara li kien iddikjara li għadna nappoġġjaw il-Kap għax issa dik il-materja kienet magħluqa? Iva jiddispjaċini, peró mhux minni naqas, mhux minni naqas. Jien ma tradejt lil ħadd.

Meta mistoqsi: “Tħoss li tradik?”

Delia wieġeb: “Kont ċar fil-mistoqsija u t-tweġiba.”

Delia qal dan wara li fix-xhur li għaddew ġie żvelat kif Galea nnifsu flimkien mal-eks Kap Lawrence Gonzi kienu l-imħuħ wara l-kampanja tal-kandidat tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Bernard Grech.

Louis Galea tqabbad minn Delia stess sabiex jagħmel riforma fil-Partit Nazzjonalista liema riforma kienet tinkludi statut ġdid.

Delia għal darb’oħra fetħilha kontra r-ribelli li sfiduċjawh u kif huma r-raġuni vera għaliex il-Partit Nazzjonalista ma mexiex ‘il quddiem fl-aħħar snin.

Huwa stqarr: “Għalfejn ma wasalniex biżejjed? Għax kien hemm min kellu interess li juża l-mezzi kollha biex ifixkel.”

Mistoqsi jekk jirriżenjax jekk jitlef l-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista, Delia qal li huwa qatt ma jċedi għall-pressjoni.

Meta kien mistoqsi: “Jekk tkun imġiegħel tirriżenja minn nies li inti għidt huma kontrik x’ħa tagħmel?”

Delia wieġeb: “Jien nista’ nassigurak li l-pressjoni, il-hurdles, id-daqqiet fl-aħħar 3 snin, jiena ma nċedi qatt, ma nissokkombi għall-ebda pressjoni.”

Delia fetħilha wkoll kontra l-avversarju ta’ kontrih fuq in-nuqqas ta’ dibattiti f’din il-kampanja.

Mistoqsi: Il-Kummissjoni Elettorali tal-PN organizzat dibattitu bejnek u bejn Bernard Grech wara li kienu diġá vvutaw nofs it-tesserati. Ma tokrokx għajnejk minnha din?”

Delia sostna: “L-ewwel nies naqbel iva. Kien ikun ħafna iktar bis-sens li nagħmluha qabel. Jiena tlabt imqar għal 3 dibattiti u dibattiti ta’ veru.”

Qal li Bernard Grech u t-tim tiegħu ma riedux li jsir dibattitu: “Reżistenza kbira mit-tim kollu tal-kollega tiegħi Bernard Grech għax ma riedux li jsir dibattitu.”

Intant Delia ma felaħx ma jitfax botta lejn Grech b’reazzjoni għan-nuqqasijiet finanzjarji tiegħu relatati mat-taxxa u l-VAT.

Saħansitra ftaħar li ħallas taxxa sostanzjali: “Jiena qatt ma kelli issues ma’ tat-taxxa ta’ under-declarations ċoe ta’ evażjoni ta’ taxxa allura qatt ma għamilt reati kriminali, qatt f’ħajti anzi t-taxxa tiegħi turi li kienet sostanzjali ħafna.”

Meta kien mistoqsi: “Din botta għal-Bernard Grech?”

Delia wieġeb: “Le din botta għal kull min fil-politika ma jiddikjarax dak kollu li jaqla’.”

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to Matteotti Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend