Malta u r-Russja jiffirmaw protokoll li jemenda l-ftehim ta’ tassazzjoni doppja

Ir-Repubblika ta’ Malta u l-Federazzjoni Russa ffirmaw protokoll li jemenda l-konvenzjoni għall-Evitar ta’ Tassazzjoni Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evażjoni Fiskali ma’ dak li għandu x’jaqsam ma’ Taxxi fuq id-Dħul.

Il-Protokoll li jidħol fis-seħħ f’Jannar tal-2021 kien iffirmat fil-Ministeru tal-Finanzi tal-Federazzjoni Russa f’Moska, mid-Deputat Ministru tal-Finanzi tal-Federazzjoni Russa, is-Sur Alexey Sazanov u l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Federazzjoni Russa Pierre Clive Agius.

Matul iċ-ċerimonja, kien hemm ukoll preżenti d-Deputat Kap tal-Missjoni, is-Sur Karl Littlejohn, u l-Konslu ta’ Malta f’Moska, is-Sur Karl Matthew Xuereb.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend