Malta bit-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fiż-żona Ewro

Statistika uffiċjali maħruġa mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-EUROSTAT turi li Malta kellha t-tieni l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ fiż-żona Ewro.

Filwaqt li f’Awwissu, għat-tielet xahar konsekuttiv, pajjiżna kellu l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro, fejn jidħol il-qgħad fost persuni taħt il-ħamsa u għoxrin sena, pajjiżna jibbrilla wkoll.

Fil-fatt Malta ġiet eżatt wara l-Ġermanja fejn tidħol l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.
Il-Ġermanja kellha rata ta’ 5.8% filwaqt li Malta ġiet wara b’9.5%.

Fejn jidħlu l-istati membri kollha, pajjiżna ġie fir-raba’ post, bir-Repubblika Ċeka u l-Polonja biss jaqbżu lil Malta, apparti l-Ġermanja.

Il-medja Ewropea tar-rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ hija ta’ 17.6%, jiġifieri kważi d-doppju ta’ dak irreġistrat f’Malta matul it-tmien xahar tas-sena.

Pajjiżi bħad-Danimarka, l-Olanda, Ċipru u l-Belġju, irreġistraw rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ iżjed minn pajjiżna.

Spanja kellha l-ogħla rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ.

Fil-fatt 43.9% taż-żgħażagħ Spanjoli huma qiegħda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend