Tifel ta’ 8 snin iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann – One News

Notifiki

Tifel ta’ 8 snin iġarrab ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann

Tifel ta’ nazzjonalità Sirjana li għandu 8 snin ġarrab ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vann tal-għamla Peugeot Bipper li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 48 minn Raħal il-Ġdid.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq in-Naxxar f’San Ġwann.

Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku mill-isptar Mater Dei li ħa lit-tifel għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend