L-Unjoni Ewropea se tieħu azzjoni legali kontra r-Renju Unit dwar Brexit – One News

Notifiki

L-Unjoni Ewropea se tieħu azzjoni legali kontra r-Renju Unit dwar Brexit

L-Unjoni Ewropea bdiet proċeduri legali kontra r-Renju Unit hekk kif il-Gvern Ingliż irrifjuta milli jwaqqaf il-pjanijiet tiegħu biex ibiddel partijiet mill-ftehim li kien sar dwar Brexit.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen qalet illi r-Renju Unit għandu sal-aħħar ta’ Novembru biex iwieġeb dwar it-tħassib tal-UE dwar l-abbozz tal-leġiżlazzjoni.

Von der Leyen qalet: “This draft bill is by its very nature a breach of the obligation of good faith, laid down in the withdrawal agreement. Moreover, if adopted as is it will be in full contradiction to the protocol of Ireland, Northern Ireland. The deadline lapsed yesterday, the problematic provisions have not been removed, therefore this morning the Commission has decided to send a letter of formal notice to the UK Government.”

Madankollu, it-taħdidiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit dwar il-ftehim kummerċjali se jitkomplew matul din il-ġimgħa. Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal illi ż-żewġ naħat għandhom jmorru għal triqithom f’każ li ma jkunx hemm qbil sa nofs dan ix-xahar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *