Jason Azzopardi prova jdur għal partitarju Nazzjonalist – xhieda fil-Qorti

Fil-jum tal-Ħamis, fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ li Jason Azzopardi fetaħ kontra partitarju Nazzjonalist wara li dan tal-aħħar allegatament heddu hekk kif kien ħiereġ mid-Dar Ċentrali, fl-eqqel tal-inkwiet bejn iż-żewġ fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista.

Il-każ ġara fis-sigħat bikrin tal-erbgħa u għoxrin ta’ Lulju.

Fil-Qorti xehdu nies leali lejn Adrian Delia fosthom Vincent Borg, magħruf bħala ‘Ċensu l-Iswed’.

Dan u xhieda oħra leali lejn Delia qalu li raw lil Jason Azzopardi jneħħi n-nuċċali u jdur lejn John Borg ta’ ħamsa u erbgħin sena magħruf bħala ‘Il-Paddy’.

Huma qalu li meta tliet snin ilu, Adrian Delia sar Kap, fl-elezzjoni li saret f’Settembru, Jason Azzopardi kien aggressiv.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend