Carrie Lam tgħid li f’Hong Kong reġa’ hemm l-istabbilità – One News

Notifiki

Carrie Lam tgħid li f’Hong Kong reġa’ hemm l-istabbilità

Il-Mexxej tal-Gvern ta’ Hong Kong, Carrie Lam kellha kliem ta’ tifħir hekk kif fit-teritorju qed terġa’ tirrenja l-paċi wara xhur ta’ protesti, li xi kultant kien saħansitra vjolenti.

Hija stqarret dan hekk kif il-Gvern ta’ Hong Kong qed ifakkar il-Jum Nazzjonali taċ-Ċina.

Bħal-lum sena dawn iċ-ċelebrazzjonijiet kellhom jitħassru minħabba l-ġlied kbir bejn id-dimostranti u l-Pulizija f’Hong Kong.

Iżda, biex dan ma jerġax iseħħ, il-Pulizija ta’ kotra l-irvellijiet ħarġu fit-toroq sabiex iwaqqfu xi protesti li jistgħu jsir mid-dismostranti favur id-demokrazija, liema protesti l-awtoritajiet ta’ Hong Kong ipprojbixxew.

Diversi persuni favur id-demokrazija riedu joħorġu jipprotestaw kontra l-liġi tas-sigurtà nazzjonali li imponiet iċ-Ċina fl-aħħar ta’ Ġunju li għadda kif ukoll qed jitolbu għar-ritorn ta’ 12-il ċittadin minn Hong Kong li arrestat iċ-Ċina waqt li huma kienu fi triqithom lejn Taiwan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *