Mixli b’ħasil ta’ flus wara li lagħab nofs miljun ewro f’casinos – One News

Notifiki

Mixli b’ħasil ta’ flus wara li lagħab nofs miljun ewro f’casinos

Patrick Gatt ta’ sitta u erbgħin sena minn Birkirkara li allegatament berbaq nofs miljun ewro f’għaxar snin fuq logħob tal-ażżard inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati fil-konfront ta’ akkużi relatati ma’ ħasil ta’ flus.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello ngħad kif l-investigazzjonijiet tal-pulizija bdew is-sena l-oħra meta ngħataw l-informazzjoni li r-raġel qiegħed jilgħab ammont sostanzjali ta’ flus kontanti f’casinos madwar pajjiżna.

Mill-investigazzjoni ħareġ li Gatt ma jaħdimx u kellu biss kont bankarju wieħed li fih kienu jiġu depożitati pagamenti tas-servizzi soċjali.

Fil-Qorti Gatt ma wieġeb għall-ebda mistoqsija li għamlulu. Il-Maġistrat laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni u ffriżat l-assi ta’ Gatt.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend