“L-użu tal-ilsien Malti fix-xandir huwa importanti” – Il-President

F’għeluq id-59 anniversarju mit-twaqqif tal-Awtorità tax-Xandir, fil-Palazz tal-President ta’ Sant’ Anton, ġie ppreżentat pjan ta’ ħidma għad-deċenju li ġej. Pjan li jippreżenta studju dwar ir-rappreżentazzjoni taż-żewġ sessi fi programmmi ta’ ġrajjiet kurrenti.

Iċ-Chairman tal-Awtorità tax-Xandir, is-Sur Frank Farrugia, elenka dan il-pjan bl-ewwel sfida tkun it-traspożizzjoni tad-Direttiva l-ġdida li tirregola s-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi.

Il-President ta’ Malta George Vella enfasizza dwar l-importanza fl-użu tal-ilsien Malti fix-xandir mhux biss mis-segwaċi u s-semmiegħa li jipparteċipaw fi programmi tar-radju jew tat-televiżjoni iżda anke mill-preżentaturi.

Sostna wkoll li x-xandara għandhom irwol b’saħħtu ħafna sabiex ilsienna jingħata r-rispett u d-dinjità li jixraqlu. Semma wkoll dwar kif li tingħata informazzjoni korretta u f’waqtha, hija kruċjali.

Fis-snin li ġejjin l-awtorità ser twettaq eżerċizzju ta’ konsolidament tal-Att dwar ix-Xandir u Leġislazzjonijiet Sussidjarji sabiex il-liġi timxi id f’id mal-iżviluppi tal-industrija.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Proset Eċċellenza. Imma kont tkun iktar eżatt kieku għedt li l-użu Sewwa tal-ilsien Malti fix-xandir huwa mportanti għax il-ħmerijiet li nisimgħu huma tal-waħx!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend