Ma’ dan l-istazzjon il-Kunsill lokali tal-Qala wera s-sodisfazzjon tiegħu wara li l-applikazzjokontroversjali ta’ Villa fiż-żona ta’ Muxi issa definittivament ġiet mwaqqfa u ma hemmx possibiltà ta’ appell għax iż-żmien skada.
Waqt seduta li saret quddiem it-tribunal tal-Awtorità tal-Ippjanar, il-Kunsill Lokali Qala u Din l-Art Ħelwa kienu rapreżentati mill-Avukat Dr. Claire Bonello. It-tribunal ikkonferma li mhux se jagħti aktar konjizjoni lil dan il-każ.
Is-Sindku tal-Kunsill Lokali Qala, Paul Buttigieg qal li “l-kunsill jilqa’ b’sodisfazzjon din id-deciżjoni u ddikjara li mhux ser tieqaf ir-reżistenza f’applikazzjonijiet li jirrovinaw lil Qala u lil Għawdex għal dejjem.”