Kritiċi tal-Gvern Iżraeljan jakkużawh li daħħal fis-seħħ lockdown ieħor biex iwaqqaf il-protesti kontra l-Prim Ministru – One News

Notifiki

Kritiċi tal-Gvern Iżraeljan jakkużawh li daħħal fis-seħħ lockdown ieħor biex iwaqqaf il-protesti kontra l-Prim Ministru

Il-Parlament tal-Iżrael ta l-poter lill-Gvern biex jipprojbixxi dimostrazzjonijiet tal-massa fi żmien li l-pajjiż qed jerġa’ jikkumbatti mat-tieni lockdown minħabba l-Coronavirus.

Id-dimostranti jridu jibqgħu fi gruppi ta’ 20 u ma jistgħux jitbiegħdu aktar minn kilometru minn djarhom.

Din il-liġi kellha tkun parti minn sett ta’ miżuri li ttieħdu l-Ġimgħa, imma l-Gvern dam biex ġab il-voti meħtieġa wara li kritiċi akkużawh li din hija mossa biex jipprova jwaqqaf il-protesti kontra l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu.

Għal ġimgħat sħaħ, eluf ta’ persuni nġabru quddiem ir-residenza uffiċjali tiegħu f’Ġerusalemm jitolbuh jirriżenja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend