Il-President ta’ Malta George Vella jilqa’ lis-Segretarju tad-Difiża Amerikan – One News

Notifiki

Il-President ta’ Malta George Vella jilqa’ lis-Segretarju tad-Difiża Amerikan

Il-President ta’ Malta George Vella laqa’ lis-Segretarju tad-Difiża Amerikan Mark T. Esper fil-Palazz ta’ Sant’Anton.

Fi stqarrija, l-uffiċċju tal-President stqarr li r-relazzjonijiet bejn Malta u l-Istati Uniti b’mod speċjali l-koperazzjoni fis-setturi tal-migrazzjoni, dwana, il-ġlieda kontra t-terroriżmu ġew diskussi fil-laqgħa.

Il-President Vella u s-Segretarju tad-Difiża ddiskutew ukoll s-sitwazzjoni li dejjem qiegħda tevolvi u tiżviluppa fil-Libja u fil-Lvant tal-Mediterran.

Il-President Malti emfasizza l-importanza tal-istabbilità u s-sigurtà fil-Mediterran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend