Numru ta’ persuni jmutu waqt il-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan – One News

Notifiki

Numru ta’ persuni jmutu waqt il-ġlied bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan

Fil-jum tat-Tnejn ġew irrapportati numru ta’ mwiet f’battalja bejn il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan, hekk kif il-ġlied kompla fit-tieni jum tiegħu bil-kunflitt bejn iż-żewġ pajjiżi, li ilhom għaddej għal għexieren ta’ snin, kompla jiħrax.

Il-kunflitt huwa riżultat ta’ tilwima dwar il-kontroll tar-reġjun Nagorno Karabakh, fejn ir-reġjun huwa rikonoxxut bħala parti mill-Ażerbajġan iżda ilu taħt il-kontroll tal-Armeni mill-1994.

Matul il-lejl li għadda, l-awtoritajiet Nagorno Karabakh irrapportaw li 26 uffiċjal oħra nqatlu waqt il-ġlied biex b’hekk in-numru ta’ uffiċjali mejta tela’ għal tmenin.

Diversi pajjiżi jinsabu mħassba li dan il-kunflitt jikber tant li jidħlu potenzi militari oħra fosthom it-Turkija, ir-Russja u l-Iran.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend