Jon Lukas Woodenman għadu ħaj għalkemm jinsab fl-aħħar fażi ta’ marda terminali – One News

Notifiki

Jon Lukas Woodenman għadu ħaj għalkemm jinsab fl-aħħar fażi ta’ marda terminali

L-ewwel kantant Malti li għamilha fiċ-charts mużikali barranin fil-ġeneru tal-mużika pop Jon Lukas Woodenman tkellem ma’ one.com.mt minħabba li bħalissa għaddejja x-xniegħa li hu miet.

Ma’ dan is-sit, Jon Lukas Woodenman qal li bħalissa jinsab barra minn Malta fejn minkejja li ma tantx jinsab fi stat tajjeb ta’ saħħa minħabba li ilu għaxar snin jiġġieled mal-marda tal-kanċer, huwa għadu ħaj.

Saħaq li bħalissa għaddej fl-aħħar fażi ta’ ħajtu u spjega kif issa hu magħruf li għandu marda terminali.

Għaldaqstant huwa nieda kanzunetta bl-isem ta’ ‘Done Fighting’, b’messaġġ b’saħħtu għal dawk li għandhom mard terminali.

Dan il-kantant huwa magħruf għall-programm: Woodenman’s jukebox li kien jixxandar fuq ONE Radio lura fl-2010 u iżjed tard f’Channel Radio UK. Jon Lukas kien ukoll l-ewwel kantant Malti li kien jaħdem ma’ record label globali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend