Notifiki

Jason Azzopardi jintervjeni biex jindirizza t-tħassib tal-partitarji Nazzjonalisti fuq in-nuqqasijiet ta’ Bernard Grech

L-establishment tal-Partit Nazzjonalista jinsab imħasseb u inkwetat sew dwar ir-reazzjonijiet negattivi minn bosta partitarji Nazzjonalisti dwar Bernard Grech.

Reazzjonijiet li waslu wara li ġew żvelati għadd ta’ nuqqasijiet finanzjarji minn Bernard Grech.

Qalulna dan sorsi tagħna fi ħdan id-Dar Ċentrali u li jinsabu qrib il-kampanja ta’ Bernard Grech.

Fil-fatt is-sorsi tagħna qalulna kif in-nies wara Bernard Grech ma stennewx li ż-żiemel tagħhom kellu dawn il-problemi meta ddeċidew li jtellaq hu kontra l-Kap Adrian Delia.

Qalulna wkoll li l-mod ta’ kif Grech affaċċja l-ġurnalisti meta staqsewh dwar in-nuqqasijiet tiegħu, qajjem dubji serji dwar il-kapaċitajiet tiegħu meta jaffaċċja sitwazzjonijiet ta’ pressjoni.

Intant, l-istess sorsi li tkellmu magħna bagħtulna kummenti fi grupp sigriet ta’ Bernard Grech fuq Facebook minn partitarji Nazzjonalisti li huma mħassba sew dwar il-prestazzjoni ta’ Grech f’din il-kampanja.

“Ħa nkun onesta. Din l-aħħar informazzjoni dwar Bernard Grech, li ma ddikjarax dħul, ħallietni mħassba sew”, qalet partitarja li tissimpatiżża ma’ Bernard Grech.

Kien hawnhekk li l-perċimes tar-ribelli, Jason Azzopardi, li aktar ma jmur aktar qed juri kemm huwa wieħed mill-imħuħ wara l-kampanja ta’ Bernard Grech, ipprova jirbaħ il-vot ta’ din il-partitarja billi ġġustifika l-azzjonijiet ta’ Grech meta ma ddikjarax aktar minn €32,000 fi dħul minn studenti barranin li qagħdu għand Bernard Grech.

L-appoġġ ta’ Jason Azzopardi lejn Bernard Grech qajjem rabja kbira fost ħafna partitarji ta’ Adrian Delia.

Hawnekk partitarja fil-kampanja ta’ Adrian Delia b’sarkażmu nnutat kif Jason Azzopardi jirrispondi għal Bernard Grech.

“Possibbli Bernard ma kienx kapaċi jirrispondi għalih innifsu, kellu jidħol għalih Jason? F’ġieh kemm hemm dan jaf ikun il-Kap tal-Oppożizzjoni ‘l quddiem! Milli qed nara ġa qed imexxuh minn imnieħru issa aħseb u ara jekk jirbaħ hu.” 

Kien hawnhekk li bosta partitarji qablu mal-kummenti ta’ din il-partitarja hekk kif sparaw kemm felħu lejn l-establishment tal-Partit Nazzjonalista.

Għal Jason Azzopardi, partitarju minnhom qal “Ix-Xitan jinqeda bl-anġli!”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend