Illejla se ningħataw togħma tad-dokumentarju ‘Mija’ permezz ta’ programm speċjali miċ-CNL – One News

Notifiki

Illejla se ningħataw togħma tad-dokumentarju ‘Mija’ permezz ta’ programm speċjali miċ-CNL

Illejla fid-disgħa se jkun qed jixxandar programm speċjali dwar dak kollu li ġara minn wara l-kwinti b’rabta mad-dokumentarju li se jibda jixxandar fuq ONE bl-isem ta’ ‘Mija’.

Dan id-dokumentarju, b’kitba ta’ Mark Farrugia, muntaġġ ta’ Jonathan Galea, intervisti ta’ Clifford Galea Vella Maslennikov u filmati ta’ għadd ta’ ħaddiema ta’ ONE fost oħrajn se jkun qed jixhed l-istorja kbira li kellu l-Partit Laburista tul is-snin.

Din is-sena l-Partit Laburista qed ifakkar il-mitt sena mit-twaqqif tiegħu u llejla se nkunu qed ningħataw togħma minn dak li se joffru l-episodji ta’ dan id-dokumentarju ta’ natura storika.

Il-programm speċjali tal-lejla, bi preżentazzjoni ta’ Edward Montebello se jixxandar b’mod dirett miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend