€76,000 għall-għaqdiet volontarji tal-annimali – One News

Notifiki

€76,000 għall-għaqdiet volontarji tal-annimali

Għaxar għaqdiet volontarji li jispeċjalizzaw fil-ħarsien tal-annimali, bejniethom se jingħataw fondi ta’ aktar minn sitta u sebgħin elf ewro.

Dan intqal f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzat minn mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, il-Ministru għad-drittijiet tal-annimali Anton Refalo, u s-Segretarju Parlamentari għall-Volontarjat, Clifton Grima.

Mart il-Prim Ministru, Dr. Lydia Abela, qalet li għaqdiet ta’ dan it-tip għandhom bżonn kemm jista’ jkun għajnuna biex ikomplu jkunu l-vuċi tal-annimali. Qalet ukoll li se tħares ‘il quddiem biex għotjiet simili jibqgħu jingħataw.

Hija qalet: “Biex jieħdu ħsieb 250 qattus għandhom madwar tlett elef ewro spiża f’xahar. L-ammont ta’ finanzi li għandhom bżonn huwa kbir u għandom bżonn riżors uman akbar u nies ikunu hawn preżenti biex attwalment jieħdu ħsieb l-annimali. Fuq kollox għandna bżonn aktar għajnuna u riżorsi biex ninfurzaw il-liġi biex l-annimal ikun protett kif jixraqlu.”

Il-Ministru Anton Refalo qal li l-għan tal-fond għall-ħarsien tal-annimali hu li jitwettqu proġetti li anki jagħtu għarfien wiesgħa tar-responsabbiltà tas-sidien tal-annimali. Fl-istess ħin qal li b’dawn il-fondi jistgħu jitjiebu wkoll is-servizzi ta’ rijabilitazzjoni fil-komunità biex ikun hemm faċilitajiet aħjar għall-annimali.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima fakkar kif matul din is-sena l-għaqdiet volontarji bbenefikaw minn investiment ta’ tliet miljun ewro. Dan huwa l-ikbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend