Notifiki

BIR-RITRATTI: Żebbuġi jmut wara li nqabad bejn high up u saqaf tal-mina ta’ Ħal Kirkop

Żebbuġi ta’ 57 sena tilef ħajtu traġikament wara li nqabad bejn gaġġa ta’ high up u s-saqaf tal-mina ta’ Ħal Kirkop.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu meta kollegi tar-raġel, li dak il-ħin kien qed jagħmel xogħol fuq il-mina sabuh bi ġrieħi serji f’rasu ġol-gaġġa tal-high up.

Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, kif ukoll tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, iżda sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa  Nadine Lia, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aqra wkoll:

Mario Vella magħruf bħala ‘Ta’ Bieżel’ huwa r-raġel li tilef ħajtu fil-mina ta’ Ħal Kirkop

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *