Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss 750 dollaru f’taxxa fuq id-dħul federali tal-Istati Uniti fl-2016 jiġifieri fis-sena li ġie elett.
Dan ħareġ minn investigazzjoni li saret mill-ġurnal internazjonali The New York Times ura kif qabel sar President, Trump ma ħallasx taxxa għal għaxar snin sħaħ.
Dan ħareġ ftit ġimgħat biss ‘l bogħod mill-elezzjoni Presidenzjali, fejn ġa skattat il-votazzjoni bikrija.
Il-President Trump ċaħad dawn l-allegazzjonijiet u qal li din hija aħbar falz.