Malta tiffirma dikjarazzjoni biex titnaqqas l-inċertezza tal-ivvjaġġar  – One News

Notifiki

Malta tiffirma dikjarazzjoni biex titnaqqas l-inċertezza tal-ivvjaġġar 

Malta, flimkien ma’ tmien pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea, ressqet dikjarazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun hemm iktar koordinament bejn l-istati membri biex titnaqqas l-inċertezza relatata mall-ivvjaġġar, u bil-mod nerġgħu nqajmu t-turiżmu fl-Unjoni Ewropea.

Intqal dan fi stqarrija mill-Ministeru għat-Turiżmu fejn ġie spjegat kif filwaqt li trid tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika, ma jittieħdux miżuri sproporzjonati li jxekklu l-ivvjaġġar fl-Unjoni Ewropea u ż-żona Schengen. Il-pajjiżi li ffirmaw din id-dikjarazzjoni huma Malta, l-Awstrija, l-Kroazja, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall, ir-Rumanija u Spanja.

Dan il-messaġġ kien ukoll wieħed mill-punti ewlenin li l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qajmet waqt l-intervent tagħha fl-ewwel laqgħa virtwali inter-ministerjali bejn il-ministri Ewropej responsabbli mit-turiżmu, organizzata mill-Presidenza Ġermaniża.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend