Il-President Russu Vladimir Putin talab sabiex jieqaf il-ġlied li nqala’ bejn il-forzi tal-Armenja u Ażerbajġan fir-reġjun ta’ Nagorno-Karabakh fejn nqatlu diversi persuni ċivili.
F’diskussjoni mal-Prim Ministru tal-Armenja Nikol Pashinyan, Putin saħaq fuq l-importanza sabiex ma titħallix is-sitwazzjoni tkompli teskala filwaqt enfasizza l-bżonn sabiex tieqaf kull azzjoni militari.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov qal li għaddejjin kuntatti intensivi sabiex isiru negozjati ħalli titranġa din is-sitwazzjoni.