Imut l-eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Joseph Church – One News

Notifiki

Imut l-eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Joseph Church

Tħabbret il-mewt tal-eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali Joseph Church.

Church miet fl-età ta’ 65 sena wara li kien marid.

Church dam imexxi l-Kummissjoni Elettorali mill-2014 sa Lulju ta’ din is-sena, hekk kif irtira minn din il-pożizzjoni f’Lulju li għadda.

Chruch serva bħala Segretarju tal-Presidenza fi żmien il-President George Abela, kif ukoll kien Direttur Ġenerali tas-Saħħa.

Huwa studja d-Diplomazija fl-Università ta’ Malta bejn l-1996 u l-1998 u r-Riżorsi Umani bejn l-2002 u l-2004.

Fi stqarrija, il-Gvern sellem lil Church li ddedika ħajtu sabiex pajjiżna jkun ferm aħjar billi jkun hemm servizz eċċellenti mogħti lin-nies u serħan tal-moħħ fl-istituzzjonijiet li ħadem fihom.

Fi stqarrija separata, il-Partit Laburistata l-kondoljanzi sinċiera lil qraba ta’ Church.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend