Il-Kummissjoni Ewropea tfaħħar l-istrateġija ta’ trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija  – One News

Notifiki

Il-Kummissjoni Ewropea tfaħħar l-istrateġija ta’ trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija 

Il-Kummissjoni Ewropea faħħret lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fuq l-istrateġija ta’ trasformazzjoni li nieda l-istess korp bħala parti mill-viżjoni għall-ħames snin li ġejjin.

Id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mir-Riformi Strutturali, Mario Nava, saħaq li l-aktar punt li ħalla impatt fuq il-kummissjoni Ewropea huwa r-rieda ċara tal-korp li jirriforma ruħu filwaqt li wera l-impenn sod u professjonali tal-korp.

Nava saħaq li t-tnedija ta’ din l-istrateġija hija xhieda tal-bidu ta’ perjodu ġdid ta’ riformi fi ħdan il-Korp tal-pulizija.

“What struck us from the beginning was the strong ownership of the idea, the solid commitment, professionalism and most importantly the clear will of the Malta Police to reform itself.”

Fil-messaġġ tiegħu, id-Direttur Ġenerali stqarr ukoll li r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Korp tal-Pulizija kompliet tissaħħaħ fl-elfejn u tmintax meta l-korp ressaq idea għal proġett ta’ riforma fundamentali tal-organizzazzjoni.

Għaldaqstant is-Sur Nava sostna li s-suċċess wara l-istrateġija huwa ppruvat mill-fatt li l-korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu.

Id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea temm jgħid li l-proġett ħa jkollu valur imprezzabbli meta l-korp jaqsam l-esperjenza u l-għarfien tiegħu ma’ stati membri oħra wara li jkun implimentat b’suċċess dan il-pjan.

Din l-istrateġija li tfasslet fuq tliet prinċipji bi ħdax-il mira se tiżgura l-immodernizzar tal-korp u li l-korp jitmexxa bi ħsieb ibbażat fuq l-għarfien u l-intelliġenza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend