Dalgħodu, bint il-Prim Ministru u s-Sinjura tiegħu, Dr. Lydia Abela qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida.
Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, omm Giorgia Mae qalet li bintha kienet ilha sitt xhur nieqsa mill-iskola bħat-tfal kollha f’Malta u f’Għawdex.
Qalet kif Giorgia Mae kienet ħerqana li se terġa’ tiltaqa’ ma’ sħabha flimkien mal-għalliema.
Il-Ħadd, waqt intervista, il-Prim Ministru Robert Abela stqarr kif pajjiżna ma jistax jitlef l-iżvilupp akkademiku u soċjali ta’ ġenerazzjoni sħiħa ta’ tfal.
Qal li hu kien se jibgħat il-bintu l-iskola għaliex l-edukazzjoni tat-tfal fil-klassi hija ferm aħjar minn dik mogħtija b’mod virtwali.
Dalgħodu Giorgia Mae qamet ħerqana għall-ewwel jum ta’ sena skolastika ġdida.Bħat-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex,…
Posted by Lydia Abela on Monday, September 28, 2020