Iċ-Chairperson ta’ Fondazzjoni iDEAT Elaine Degiorgio flimkien ma’ membri oħra fil-Bord tat-tmexxija qed jieħdu sehem fl-Akkademja Annwali tal-Fondazzjoni Ewropea tal-Istudji Progressivi, il-FEPS.
Matul din l-akkademija qed jiġu diskussi diversi temi ta’ interess Ewropej u jkun hemm sessjonijiet ta’ taħriġ għal think-tanks bħal ma hi l-Fondazzjoni iDEAT.
Din l-akkademja qed isir b’mod virtwali u matulha se jkun hemm diversi okkażjonijiet sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jitkellmu fuq prattiċi differenti, se jkunu analizzati case studies f’diversi pajjiżi u se jsiru numru ta’ laqgħat ma’ numru ta’ esperti.
Din l-Akkademja se tibqa’ għaddejja sa nhar l-Erbgħa li ġej.