Approvat b’maġġoranza rapport dwar is-servizzi diġitali ta’ Alex Agius Saliba  – One News

Notifiki

Approvat b’maġġoranza rapport dwar is-servizzi diġitali ta’ Alex Agius Saliba 

Wara elf tmienja u tletin emenda, ir-rapport leġislattiv twil sitta u ħamsin paġna li jitkellem fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali ġie approvat mill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Ir-rapport ġie approvat minn sitta u tmenin fil-mija tal-Membri Parlamentari Ewropej li kienu eliġibbli jivvutaw.

L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba, ir-rapporteur ta’ dan ir-rapport stqarr li issa ġie approvat rapport b’saħħtu u progressiv dwar is-servizzi diġitali.

F’konferenza tal-aħbarijiet, Agius Saliba fakkar li meta ġiet adottata d-direttiva dwar il-kummerċ elettroniku għoxrin sena ilu diversi pjattaformi kienu għandhom fil-bidu tagħhom u għal li hija għal din ir-raġuni li qafas eżistenti għandu jirrifletti r-realtà tal-lum.

Agius Saliba temm jgħid li qed jiġi propost strument fejn kumpaniji kbar ma jkunux jistgħu jibqgħu joħolqu ambjent ostili fejn iservu ta’ deterrent għal kumpaniji oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend