Anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19 – One News

Notifiki

Anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19

Anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Fi stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal kif l-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19, fl-10 ta’ Settembru. Intqal kif imbagħad hija daħlet l-isptar Mater Dei fit-22 ta’ Settembru, fejn mietet il-Ħadd.

Fl-istqarrija, il-Mimisteru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, filwaqt li appella sabiex il-poplu jibqa jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend