Bejn nofsinhar u nofsillejl tal-Ħadd inġabru €1,436,955 għat-tieni Dar Bjorn.
Il-maratona ġbir ta’ fondi saret sabiex jinġabru fondi għat-tieni Dar Bjorn li qed tinbena f’Ħaż-Żebbuġ. Din id-dar se tilqa’ fiha pazjenti li għandhom l-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi oħra.
Bjorn Formosa, li jmexxi l-Fondazzjoni ALS irringrazzja lil poplu Malti u Għawdxi għall-ġenerożità tiegħu.